/   preporucujemo.com   / Maltija  

2019-10-14 19:05:51

Monday, October 14, 2019, 18:57

St. James Hospital Shield Irġiel 2 Diviżjoni

minn Colin Schembri

Starlites GIG 48

Depiro 83

(18-18)(10-21)(8-20)(12-24)

Depiro fetħu l-impenji tagħhom b’rebħa fuq Starlites 83-48 fejn iż-żewġ timijiet kellhom diversi żgħażagħ fl-iskwadra tagħhom. Depiro għandhom ukoll żewġ players barranin, is-Serb Igor Spasojevic u l-Amerikan Chris Bevin flimkien ma’ Nenad Rosic u Marko Zloh mill-istaġun li għadda. Huma ħadu wkoll lil Darryl Pisani u Ruben Curmi ex-Siġġiewi b’dawn tal-aħħar ma jieħdux sehem dan l-istaġun. Wara bidu bilanċjat fejn Depiro ħadu vantaġġ ta’ 3 punti, Starlites wieġbu bi break ta’ 12-0 fosthom trippla ta’ Owen Psaila u marru 16-7 minn fuq. Depiro malajr irrispondew hekk kif kienu huma li għamlu run ta 11-2 biex is-sessjoni ntemmet f’parita 18-18. Depiro komplew fejn ħallew fit-tieni taqsima meta bdew bi break ieħor ta’ 10-3. Starlites kellhom il-punti ta’ Mirco Azzopardi iżda Depiro komplew iżidu l-vantaġġ permezz ta’ Miguel Baldacchino u Spasojevic flimkien ma’ trippla ta’ Bevin għal skor ta’ 39-28.

Depiro komplew jiddominaw ankè wara l-intervall fejn fetħu bi three pointer ta’ Spasojevic flimien ma’ Andy Attard u Rosic. Ir-risposta ta’ Starlites ġiet minn baskets ta’ Azzopardi u Owen Psaila però Depiro kienu diġa 23 punt minn fuq fi tmiem is-sessjoni 59-36. L-aħħar taqsima kienet biss formalita hekk kif Depiro komplew ikabbru l-vantaġġ b’run oħra ta’ 14-1 b’żewġ trippli ta’ Spasojevic u oħra ta’ Clayton Farrugia biex ma kellhomx diffikulta jieħdu l-ewwel rebħa fuq skor ta’ 83-48.

Starlites: M. Azzopardi 18, O. Psaila 14.

Depiro: I. Spasojevic 22, C. Bevin 15, N. Rosic 11

Gżira Athleta 60

Mellieħa Libertas Spalding 86

(10-19)(19-23)(14-22)(17-22)

Mellieħa Libertas Spalding komplew bil-wirjiet posittivi tagħhom wara t-tazza Indipendenza meta fl-ewwel partita tagħhom fis-St. James Hospital Shield huma għelbu lil Gżira Athleta 86-60. Athleta kellhom lil Alex Novakovic u Hubert Agius ex Siġġiewi u t-Taljan Ivan Cascione jiddebuttaw flimkien ma’ diversi żgħażagħ ġodda. Kienu Mellieħa li ħadu l-ewwel vantaġġ 15-6 wara l-punti minn Robert Loporto u Nenad Stojanovski. Athleta kellhom riposta permezz ta’ Cascione u Novakovic però Mellieħa kienu disgħa minn fuq fi tmiem l-ewwel sessjoni 19-10. Fit-tieni perjodu kien hemm tentattiv minn Athleta li jersqu viċin wara punt minn Nicola Guida però l-punti ta’ Christian Briffa ħallew lil Mellieħa fuq quddiem 32-20. Sal-intervall kien hemm aktar punti fuq kull naħa fejn iż-żewġ timijiet kellhom trippla kull wieħed għal skor ta’ 42-29. Fil-futħ tat-tielet sessjoni Athleta naqqsu d-distakk għal 10 punti wara baskets minn Guida u Luca Stefanovic. Mellieħa rrispondew bit-trippli minn Stojanovski u Loporto flimkien mal-punti ta’ Emanuel Lupo għal skor ta’ 54-35. Għal darb’oħra kienu Stefanovic u Guida li rrispondew għall-Atheta qabel ma Mellieħa komplew bil-punti tagħhom u s-sessjoni ntemmet b’Mellieħa fuq quddiem 64-43. Żewġ trippli minn Athleta fil-ftuħ tal-aħħar sessjoni reġgħu ressquhom viċin però pronta kienet ir-risposta ta’ Mellieħa pemezz ta’ trippla ta’ Stojanovski u l-punti ta’ Klemen Skrabec biex saħansitra fetħu vantaġġ ta’ 30 punt 86-56 u finalment ħarġu rebbieħa fuq skor ta’ 86-60.

Athleta: N. Guida 17

Mellieħa: N. Stojanovski 22, C. Briffa 14, R. Loporto 13


sportinmalta.com
depiro minn punti athleta melliea wara sessjoni komplew vanta taghom starlites fejn




User comments